Monday, December 9, 2024

Jintlaħaq ftehim Ewropew dwar il-pjan ta’ rkupru finanzjarju mill-COVID-19

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-Ministri tal-Finanzi Ewropej lbieraħ filgħaxija leħqu ftehim dwar il-pakkett ta’ miżuri finanzjarji li mistennija jgħinu lill-pajjiżi Ewropej biex joħorġu minn din il-kriżi ekonomika li nħolqot minħabba l-COVID-19.

Kien il-Ministru għall-Finanzi Malti, Edward Scicluna li ħabbar dan permezz ta’ Tweet u qal li għandu pjaċir iħabbar li ntleħaq dan il-ftehim.

Intant, il-President tal-Eurogroup, Mario Centeno qal li b’dak li sar ilbieraħ ġiet imwieġba s-sejħa taċ-ċittadini Ewropej biex din l-Ewropa tkun waħda li tipproteġi. Qal li kien hemm bżonn 16-il siegħa u nofs ta’ laqgħat u ħafna sigħat oħra ta’ preparazzjoni biex dan kollu seta’ jkun possibbli, iżda stqarr li fl-aħħar mill-aħħar dan sar.

Ekonomija

Sport