Monday, November 18, 2024

Imut il-ħaddiema ta’ 65 sena li waqa’ minn fuq trakk f’Kordin

Aqra wkoll

Miet il-ħaddiem Malti ta’ 65 sena minn Ħ’Attard li t-Tlieta li għadda waqa’ minn fuq trakk fiż-żona magħrufa bħala Ras Ħanżir, fl-inħawi industrijali ta’ Kordin.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.00 a.m meta għal xi raġuni r-raġel waqa’ minn fuq it-trakk u ġarrab ġrieħi f’rasu waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Fil-post kien issejjaħ minnufih tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn kien ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Fi stqarrija maħruġa l-Pulizija kkonfermat li r-raġel miet fl-Isptar dalgħodu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-Inkjesta Maġisterjali dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport