Friday, April 26, 2024

Imut il-leġġendarju goalkeeper Claudio Garella

Aqra wkoll

Il-football Taljan jinsab f’luttu wara li tħabbret il-mewt tal-ex goalkeeper, Claudio Garella, fl-etá ta’ 67 sena. 

Fil-karriera tiegħu huwa rebaħ darbtejn l-Iscudetto … fl-1984/85 ma’ Verona u fl-1986/87 ma’ Napoli ta’ Diego Maradona. 

Huwa kien simbolu awtentiku ta’ Verona li kienu mmexxija minn Osvaldo Bagnoli fejn Garella libes il-kuluri isfar u blu mill-1981 sal-1985.

Imbagħad huwa laħaq il-qofol tal-karriera tiegħu ma’ Napoli.

Garrella fi sptar f’Turin minn kumplikazzjonijiet kardjovaskulari wara li fl-aħħar jiem saritlu operazzjoni fil-qalb. 

Garella kien fuq vaganza fil-Liguria u kien iddaħħal l-isptar wara li ħassu marid. 

Sport