Thursday, December 26, 2024

Imut il-leġġendarju ta’ Real Madrid … Amancio Amaro

Aqra wkoll

Real Madrid jinsabu f’luttu meta tħabbret il-mewt tal-leġġendarju Amancio Amaro, fl-etá ta’ 83 sena, li kien wieħed mill-protagonisti fir-rebħa tat-Tazza tal-Ewropa meta fil-finali għelbu lil Partizan Belgrade bl-iskor ta’ 2-1 fejn huwa kien skorja l-ewwel goal għall-Madrileni. 

Imwieled f’La Coruna, huwa beda l-karriera tiegħu ma’  Deportivo La Coruna qabel ma ngħaqad ma’ Real Madrid fl-1962. Hemmhekk lagħab għal-14-il staġun  fejn rebaħ it-Tazza Ewropea, disa’ titli ta’ La Liga u tliet darbiet it-Tazza Spanjola. 

F’żewġ okkażjonijiet huwa spiċċa wkoll l-aqwa skorer tal-kampjonat Spanjolu u fl-1964  hu temm fit-tielet post fl-unur tal-Ballun tad-Deheb. 

Amancio skorja 224 goal f’579 partita u kien magħruf għall-kapaċità notevoli għad-dribbling fin.

Wara li temm il-karriera ta’ player, Amancio baqa’ jaħdem ma’ Los Blancos fejn  amministra lit-team tagħhom ta’ Castilla għat-titlu tat-Tieni Diviżjoni, fl-1983, u mbagħad sar  President Onorarju tal-club wara Alfredo di Stefano.

Ekonomija

Sport