Monday, November 4, 2024

Imut il-panda li ngħatat “rigal” lit-Taiwan

Aqra wkoll

Il-panda bl-isem ta’ Tuan Tuan miet illum fit-Taiwan. Ħabbar dan iż-żoo Taipei fejn fi stqarrija qal li l-panda miet wara xhur sħaħ ta’ mard.

Tuan Tuan kien ingħatat b’riġal flimkien mas-sieħba tiegħu Yuan Yuan lit-Taiwan miċ-Ċina fl-2008 meta r-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi kienet aktar kordjali.

Kien f’Awwissu li għadda meta s-sidien taż-żoo ndunaw li l-panda kien marid u għalhekk kienet intalbet l-għajnuna tal-Vets Ċiniżi biex jaraw eżatt x’kien ġralu. Wara scans li saru rriżulta li kellu problemi u mard serju f’moħħu tant li saħħħtu bdiet sejra lura kuljum.

Tuan Tuan kien qiegħed jingħata mediċina ordnata mit-tobba Ċiniżi fuq bażi regolari. Fl-istqarrija ż-żoo qal li minkejja li kellu 18-il sena biss il-kundizzjoni tagħu marret ħafna lura u ma kien hemm l-ebda tama li xi darba jfieq.

Kemm Tuan Tuan u Yuan Yuan kienu attrazzjoni kbira fil-pajjiż. Is-sieħba tiegħu welldet darbtejn darba fl-2013 fejn il-panda ngħatat l-isem ta’ Yuan Zaibap u fl-2020 meta kienet ingħatat l-isem ta’ Yuan Bao.

Sport