Tard illejla tħabbret il-mewt tal-eks Segretarju Parlamentari Tony Abela fl-età ta’ 66 sena. Huwa serva bħala Segretarju Parlamentari Nazzjonalista bejn l-2003 u l-2008.
Fost ir-Rabtin, għalkemm mhux biss, jibqa’ mfakkar ukoll għas-servizz tiegħu bħala nutar.
Kien membru tal-SDM, tal-KSU u Teżorier tal-Partit Nazzjonalista bejn l-1996 u l-1999.
Abela kkontesta l-ewwel darba fl-elezzjoni ġenerali tal-1981 u proprju ħames snin wara ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament.