Tuesday, May 14, 2024

Gilbert Agius se jmexxi lit-tim nazzjonali kontra l-Greċja u l-Irlanda

Aqra wkoll

Gilbert Agius, il-kowċ tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena, se jieħu t-tmexxija tat-tim nazzjonali fuq bażi interim għall-partiti ta’ ħbiberija li ġejjin kontra l-Greċja u l-Irlanda, li se jintlagħbu fl-Istadium Nazzjonali fis-17 u l-20 ta’ Novembru.

Il-ħatra ta’ Agius bħala kowċ interim tħabbret mill-president tal-Malta FA Bjorn Vassallo waqt l-Assemblea Ġenerali, li saret ilbieraħ fis-Sala taċ-Ċentinarju f’ta’ Qali. Agius, li ilu fit-tmun tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 minn Marzu 2021, se jkun qed jieħu f’idejh ir-riedni tat-tim mingħand Devis Mangia li rriżenja minn kowċ ta’ Malta nhar it-Tnejn.

Agius, eks captain ta’ Malta li għamel 119-il dehra mat-tim nazzjonali, se jkun qed jaħdem flimkien ma’ Davide Mazzotta, l-assistent kowċ tat-tim nazzjonali, u Alessandro Zinnari li ġie promoss għall-irwol ta’ assistent kowċ wara t-tluq ta’ Guillermo Giacomazzi, li ftit tax-xhur ilu ħalla l-kariga tiegħu fi ħdan l-istruttura teknika tat-tim nazzjonali biex isir kowċ f’livell ta’ klabb eżattament ma’ SPAL fl-Italja.

Sport