Thursday, December 26, 2024

Imut ir-raġel li lbieraħ waqa’ żewġ sulari fil-Marsa

Aqra wkoll

Fi stqarrija l-pulizija qalu li r-raġel li lbieraħ waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kien qiegħed jagħmel xogħol fil-Marsa miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Hu ġie ddentifikat bħala raġel mill-Ghana u għandu 43 sena.

L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ żewġ sulari fil-Marsa

Raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, sjinsab fil-periklu tal-mewt wara li għall-ħabta tas-1.45pm waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li dan l-inċident seħħ fiż-Żona Industrijali tal-Marsa.

Fuq il-post il-ħaddiem ingħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport