L-Eritrean ta’ 31 sena residenti Ħal Far li fl-4 ta’ April kien ittajjar fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa, sfortunatament tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei.
L-inċident kien seħħ għall-ħabta tat-3.15a.m. u kien intlaqat minn Suzuki Swift li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 32 sena residenti ż-Żejtun.
Il-vittma kien ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard kien iċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ kienet ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco. li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.