Tuesday, May 14, 2024

Mixlija b’lista twila ta’ akkużi fosthom serq

Aqra wkoll

Roderick Tabone ta’ 34 sena u Jason Attard ta’ 46 sena tressqu l-Qorti mixlija b’lista twila ta’ akkużi, fosthom serq u pussess aggravat ta kokaina.

Fil-Qorti, Attard ammetta l-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu filwaqt li l-akkużat l-ieħor wieġeb li mhux ħati.

Fis-seduta tal-qorti ħareġ il-fatt li mis-26 ta’ Marzu, l-akkużati allegatament bdew iwettqu serje twila ta’ serq fejn allegatament serqu minn stabbiliment tal-logħob.

Minn hawnhekk il-Pulilzija bdiet l-investigazzjoni tagħha waqt li ż-żewġt irġiel allegatament wettqu aktar serqiet bi vjolenza.

Mill-investigazzjoni tagħha, il-Pulizija waslet biex tidentifika lil Attard bħala wieħed mis-suspettati. Kien nhar il-Ġimgħa li għadda meta l-Pulizija ċċirkondat karozza fejn fiha sabu liż-żewġ imputati.

Allegatament fil-karozza nstabu sitt qratas kokaina u ammont żgħir ta’ flus kontanti. 

Id-Difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest ta’ Tabone u b’hekk inżamm arrestat filwaqt li s-sentenza ta’ Attard se tkun qed tingħata fil-jiem li ġejjin.

Sport