Tuesday, April 30, 2024

Miċħud ħelsien mill-arrest fuq akkużi li ħebb u weġġa’ gravi żewġ persuni

Aqra wkoll

Każ quddiem il-Qorti huwa dak ta’ Niġerjan ta’ 32 sena li huwa akkużat li kkaġuna ġrieħi gravi u li ħebb għal żewġ persuni. L-imputat, li wieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi, allegatament żamm mara minn għonqha u taha daqqiet ta’ ponn f’wiċċha meta l-Pulizija waslu fuq il-post biex jagħtu l-assistenza tagħhom.

Fil-Qorti nstema’ kif il-Pulizija fl-Għassa tal-Ħamrun irċeviet talba għall-assistenza f’appartament. Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat iżda din ġiet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni minħabba li hemm aktar xiehda x’tingħata. 

L-imputat ilu jgħix f’Malta għal dawn l-aħħar 11-il sena.

Sport