Sewwieq ta’ mutur, li għandu 61 sena residenti Żebbuġ Għawdex tilef ħajtu wara li fid-19 ta’ Ġunju għall-ħabta tal-4:30 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Marfa fiċ-Ċirkewwa.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-vittma kien qiegħed isuq mutur Honda meta għal xi raġuni ħabat mal-barrikati u waqa’.
L-inkjesta maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
19 ta’ Ġunju- AĠĠORNAT: Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara li ħabat mal-barrikati fiċ-Ċirkewwa
Sewwieq ta’ mutur, li għandu 61 sena residenti Żebbuġ Għawdex jinsab fil-periklu tal-mewt wara li għall-ħabta tal-4:30 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Marfa fiċ-Ċirkewwa.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-vittma kien qiegħed isuq mutur Honda meta għal xi raġuni ħabat mal-barrikati u waqa’.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post u ittieħed l-isptar b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar kmieni :Dan is-sit infurmat li t-Triq taċ-Ċirkewwa hija magħluqa għat-tfaffiku, bil-konsegwenza li l-karozzi ma jistgħux jinżlu minn fuq il vapur
Aktar kmieni: Sewwieq ta’ mutur għadu kif ittieħed l-Isptar għal aktar attenzjoni medika. Dan wara, li huwa kien involut f’inċident tat-traffiku fil-limiti taċ-Ċirkewwa
Jidher li l-każ seħħ ftit tal-ħin ilu.
Aktar dettalji malli jaslulna …