Wednesday, July 24, 2024

Student jgħid li l-karriera tiegħu tinsab f’riskju minħabba li kawża tal-Brexit ma jistax jivjaġġa bil-kelb gwida

Aqra wkoll

Qed isir iktar magħruf li l-effetti negattivi tat-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, mhumiex biss politiċi u ekonomiċi, imma anke soċjali. Dan il-fatt qed jolqot lil bosta nies, partikolarment lil dawk bi bżonnijiet speċjali. 

Dan ħareġ ċar meta persuna nieqsa mid-dawl li juża l-kelb gwida ma tħalliex jirkeb l-ajruplan bil-kelb tiegħu. Dan skont waħda mir-regoli tal-hekk imsejjaħ, Brexit. 

Ġie rrapurtat li dan il-persuna li ma tħalliex jirkeb l-ajruplan, huwa żagħżugħ ta’ 24 sena li għandu bżonn jivjaġġ, hekk kif dan huwa mistenni li jikkompeti fil-Lobgħob ta’ Pariġi.

Qed jiġi rrapurtat ukoll li l-kelb gwida taż-żagħżugħ, mhuwiex rikonoxxut bħala annimal tas-servizz mill-awtoritajiet tar-Renju Unit. Dan ifisser li dawk li se jivvjaġġaw u għandhom diżabilità, huma pprojbiti milli jitilgħu fuq titjiriet lejn u mir-Renju Unit bil-kelb gwida.

Minħabba l-Brexit, huma wkoll miċħuda li jitilgħu fl-ajruplan, sakemm ma jiksbux ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mingħand veterinarju għal kull vjaġġ lejn pajjiż fl-Unjoni Ewropea, liema ċertifikati jieħdu post il-passaport Ewropew għall-annimali domestiċi u li jiswew sa massimu ta’ £200.

F’kumment li ta lill-midja, iż-żagħżugħ iddeskriva din is-sitwazzjoni bħala waħda inaċċettabli u tal-biki. Spjega li hu ilu minn Frar ipprojbit milli jsiefer. Dan wara li l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili (CAA) tar-Renju Unit biddlet ir-regoli tagħha li jirregolaw il-klieb gwida.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport