Wednesday, August 13, 2025

Imut it-Taljan li sab ruħu f’diffikultajiet f’Kemmuna

Aqra wkoll

Dan is-sit jista’ jikkonferma li t-Taljan ta’ 35 sena li sab ruħu f’diffikutajiet meta kien qiegħed jgħum f’Kemmuna ġie ċċertifikat mejjet.

ll-Maġistrat Dr Brigitte Sultana LL.D ġiet infurmata bil-każ u fetħet Inkjesta Maġisterjali, filwaqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Taljan isib ruħu f’diffikultajiet waqt li jkun jgħum f’Kemmuna… jingħata CPR fuq il-post

Taljan ta’ madwar 35 sena sab ruħu f’diffikultajiet waqt li kien qiegħed jgħum f’Kemmuna. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2.00pm. 

Hekk kif il-membri tas-salvataġġ tal-ERRC ġew informati li kien hemm persuni f’diffikultajiet, mill-ewwel marru jsalvah. Hu beda jingħata s-CPR mill-istess membri tal-ERRC sakemm twassal fil-port tal-Imġarr Għawdex.

Hemm sab tim mediku b’ambulanza li komplew jassistu lit-Taljan.

Hu ddaħħal l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn qiegħed jingħata l-kura.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport