Friday, July 19, 2024

Imut it-tieni bugħaddas li lbieraħ sab ruħu f’diffikultajiet

… Intervent mill-AFM wara li żewġ barranin ruħhom f’diffikultà fil-baħar

Aqra wkoll

Il-Pulziija fi stqarrija dalgħodu qalu li t-tieni bugħaddas li lbieraħ sab ruħu f’diffikultajiet ġie ċċertifikat mejjet fl-Isptar Mater Dei.

Aktar kmieni: Bugħaddas tilef ħajtu u ieħor fil-periklu tal-mewt

Aħbar xejn sabiħa hekk kif dalgħodu bugħaddas tilef ħajtu u ieħor ġie ċċertifikat fil-periklu tal-mewt wara li sabu ruħhom f’diffikultà fil-baħar. Fi stqarrija l-Korp tal-Pulizija qal li kien għall-ħabta tan-12.30pm li l-Pulizija ġiet infurmata li madwar sagħtejn qabel kienet intalbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Mill-ewwel investigazzjonijiet taI-Pulizija rriżulta li żewġ bugħaddasa rġiel, it-tnejn ta’ nazzjonalità barranija u l-identità tagħhom għadha mhiex magħrufa, ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta minn fuq dgħajsa madwar 1.4 mili nawtiċi ‘l barra mill-kosta tal-inħawi taż-Żonqor, Marsaskala. Malli dawn iddaħħlu l-art, tim mediku beda jassistihom u wara ambulanza ħadithom l-Isptar Mater Dei.

Il-Maġistrat Joseph Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. Sadanittant, linvestigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Aktar kmieni dalgħodu l-Forzi Armati ta’ Malta salvaw żewġ għaddasa li sabu ruħhom f’diffikultajiet.

Fi stqarrija l-AFM qalet li kienu rċivew sejaħ għall-għajnuna minn bastiment lokali li kien hemm żewġ għaddasa ta’ nazzjonalità barranija li kienu f’diffikultà.

Mill-ewwel l-AFM ħarġu fil-MELITA 1 Search and Rescue biex ġabru lill-għaddasa mill-post indikat. HUma ddaħlu f’Haywharf fejn kien hemm tim mediku b’ambulanza jistenna biex ikun jista’ jagħti l-ewwel għajnuna lill-persuni nvoluti.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport