Sunday, December 22, 2024

Imut kaġun ta’ salmonella wara li kiel bajd tal-papri

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 65 sena miet kaġun każ ta’ salmonella severa u mhux tas-soltu wara li kiel bajd tal-papri. L-anzjan, Niptoon Tavakoli, minn Doncaster, Yorkshire, żviluppa wieħed mill-agħar każijiet li qatt raw tobba tal-isptar, minkejja li allegatament il-bajd li kiel ma kellhomx iktar minn tlett ijiem u ġew imsajrin sewwa.

Fl-ewwel jiem li wera s-sintomi l-anzjan ħass uġigħ qawwi, kellu marki fuq il-ġilda u xufftejh u dwiefer saru blu, qalet martu Cheryl waqt inkjesta dwar il-każ.

Wara li ttieħed l-isptar huwa ġie kkurat bl-antibijotiċi, iżda naqas milli jirrispondi għal kura u baqa ma rkuprax.

Sa dak iż-żmien kien tard wisq biex issirlu operazzjoni peress li l-infezzjoni kienet ħakmitu fil-fond u miet disa’ ġimgħat wara.

Tiptoon, li mar ir-Renju Unit mill-Iran meta kellu 19-il sena, kien irtira minn karriera tal-bejgħ bl-imnut u l-catering xhur qabel ma marad.

Martu Cheryl qalet lill-ġurija tal-inkjesta illi hu kien qed igawdi l-ħajja, kien ferħan u kellu bosta pjanijiet.

Hija qalet li l-familja xtrat kaxxa ta’ sitt bajdiet minn ħanut f’Messingham Show fi Scunthorpe.

Hija qalet li żewġha kiel tnejn mill-bajd l-għada u tnejn oħra jumejn wara. L-anzjan beda jbati minn dijarea u rimettar dak il-lejl stess u l-kundizzjoni tiegħu marret għall-agħar l-għada. 

L-ispeċjalista tal-kura intensiva Dr Jon Maskill, li attenda medikament lil Niptoon qal li s-salmonella kienet waħda severa ħafna u fl-esperjenza tiegħu ta’ 27 sena jaħdem fil-kura intensiva darba waħda biss kien ra bħalha.  

Ekonomija

Sport