Ken Block ta’ 55 sena, is-sewwieq professjonali tar-Rally, tilef ħajtu traġikament iktar kmieni llum f’inċident. Hu kien qiegħed jiffilmja waqt li kien qiegħed fuq il-vettura snowmobile tiegħu, f’Utah Wasatch Country, fl-Istati Uniti.
Kien it-tim tal-Hoonigan Racing Team li kkonferma l-mewt ta’ Ken Block. Huma qalu li hu kien involut f’inċident. Fl-inċident tilef il-kontroll tal-vettura, bil-konsegwenza li tar minn fuqha u l-vettura ġiet fuqu.
Ken Block beda l-karriera tiegħu fir-Rally fl-2005. Kellu għal qalbu l-filmati u kien jiffilmja diversi postijiet, fosthom fid-deżert, fuq il-muntanji u postijiet iktar estremi.