Id-dinja tal-football tinsab f’luttu għat-telfa tal-eks attakkant Taljan, Salvatore Schillaci, fl-etá ta’ 59 sena.
L-eks attakkant ta’ Messina, Juventus u Inter kien ilu xi żmien jiġġieled kontra l-marda tal-kanċer u kien rikoverat l-isptar.
Schillaci, l-idolu tal-football fl-Italja wara l-iljieli maġiċi tat-Tazza tad-Dinja 1990 fejn rebaħ ukoll il-Ballun tad-Deheb u ż-Żarbun tad-Deheb
Fis-7 ta’ dan ix-xahar, Schillaci kien iddaħħal l-isptar f’kundizzjoni serja fl-isptar, Civico, f’belt twelidu ta’ Palermo.
Matul dawn l-aħħar jiem sarulu żewġ operazzjonijiet b’suċċess iżda l-kundizzjoni tiegħu malajr marret għall-agħar biex proprju l-Erbgħa huwa miet.
Imwieled f’Palermo fl-1964, Totò beda jilgħab ma’ Messina qabel ma fl-1989 huwa ngħaqad ma’ Juventus, fejn skorja 15-il goal hekk kif rebaħ il-Coppa Italia u t-Tazza UEFA u ssejjaħ ukoll fit-team nazzjonali Taljan mill-coach, Azeglio Vicini.
Fit-Tazza tad-Dinja 1990, huwa beda bħala attakkant ta’ riserva, iżda meta ġie ntrodott kontra l-Awstrija huwa niżżel ismu fost l-iskorers biex qatt ma ħares lura.
Huwa spiċċa l-avventura tat-Tazza tad-Dinja b’sitt goals hekk kif it-Taljani temmew it-tielet post iżda huwa kien l-aqwa skorer tat-tournament.
Fl-1992, huwa ngħaqad ma’ Inter fejn eventwalment temm il-karriera tiegħu fil-Ġappun.
Schillaci ħalla warajh lit-tieni mara tiegħu u tlett itfal.