Tħabbret il-mewt tal-ixjeħ atleta Olimpiku fl-età ta’ 107 sena.
Felix Sienra miet nhar it-Tnejn, liema aħbar ġiet konfermat mill-familja tiegħu.
Huwa twieled fl-Urugway u rrappreżenta lil pajjiżu fil-Logħob Olimpiku tal-1948 f’Londra, fl-ibburdjar minħabba li xogħlu kien dak ta’ baħri.
Jingħad ukoll li huwa kien l-aħħar “xhud kontemporanju superstiti” li ra r-rebħa ta’ 4-2 tal-Urugwaj fuq l-Arġentina fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1930.