Friday, April 26, 2024

Twanny jikkomunika mal-familjari … “Għalkemm it-triq għadha twila”

Ir-raġel involut fl-inċident f’Ħal Far jinħareġ mill-ITU wara jiem rikoverat

Aqra wkoll

Sorsi qrib dan is-sit għadhom kemm ikkonfermaw li l-anzjan li kien jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Far, ħareġ mill-ITU.

L-istess sors qalilna li Twanny irnexxielu jagħmel komunikazzjoni mal-familjari. Din hija aħbar ferm pożittiva wara li hu kien ilu diversi jiem ma jirrispondix għall-kura. Madanakollu ninsabu infurmati wkoll li t-triq biex ikun jista’ jirkupra għadha waħda twila minħabba l-impatt qawwi tal-ħabta.

Il-każ seħħ fid-19 ta’ Jannar li għadda fi Triq Ħal Far, fejn seħħet ħabta frontali bejn trakk tal-għamla Bedford u trailer. Mad-daqqa, it-trakk spiċċa tkaxkar għal xi metri sakemm spiċċa f’għalqa fil-ġenb tat-triq.

Is-sewwieq tat-trakk huwa raġel ta’ 66 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Sport