Saturday, May 4, 2024

Mandat biex titwaqqaf l-azzjoni ta’ infurzar fil-limiti tal-Imtarfa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kwistjoni tal-azzjoni tal-infurzar fil-limti tal-Imtarfa wasslet biex il-Qorti tilqa’ proviżorjament talba tas-sid tal-art biex jitwaqqaf ix-xogħol ta’ skavar li beda kmieni lbieraħ filgħodu mill-Awtorità tal-ippjanar.

Dan is-sit jinsab infurmat li Paul Falzon ressaq mandat kontra l-Awtorità tal-Ippjanar biex jitwaqqfu l-azzjonijiet kontrih. Huwa mifhum li fil-jiem li ġejjin l-istess awtorità se tkun qiegħda twieġeb għall-mandat mitlub mis-sid biex il-Qorti tkun tista’ tagħti d-deċiżjoni finali tagħha rigward tilqax jew le dan il-mandat.

Jekk kemm-il darba l-Qorti tilqa’ l-mandat tas-sid, l-Awtorità tal-Ippjanar ma tkomplix fix-xogħol skont l-azzjoni ta’ infurzar filwaqt li jekk tiddeċiedi kontra, l-Awtorità tkun tista’ tmexxi bil-passi li diġà ħadet.

Intant minn informazzjoni li għandu dan is-sit, ilbieraħ kienet ġurnata impenjattiva ħafna għall-ħaddiema fuq is-sit u dan hekk kif sakemm ġew infurmati bil-mandat kienu diġà nħarġu mal-50 trakk ta’ terrapien. 

Uffiċjal tal-Awtorità tal-Ippjanar ikkonfermalna li biex is-sit jirritorna għall-istat oriġinali tiegħu skont il-ftehim, l-ammont ta’ materjal żejjed tant kien abbundanti li hu stmat li kien għad fadal madwar ġimgħa u nofs jew anke iktar biex jitneħħa dan l-istess materjal li ntefa fis-sit inkwistjoni.

Intant f’kummenti mis-sit ilbieraħ tkellmu magħna l-uffiċjal tal-PA kif ukoll is-sid:

Sport