Ir-raġel li rrifjuta li jieħu t-tilqima kontra l-Covid-19 wara li ddikjara li hu seta’ jtemm il-pandemija bl-“ilma mbierek”, miet wara li ġie infettat bil-virus.
Eliyantha White ta’ 48 sena offra li s-Sri Lanka tiġġieled lill-virus tal-Covid-19 billi jħalltu l-ilma tax-xmajjar b’ilma speċjali.
Minkejja dan huwa kellu jiddaħħal fi sptar f’Colombo wara li ħassu ma jiflaħx aktar kmieni dan ix-xahar.
Il-Prim Ministru Mahinda Rajapaksa sellem il-memorja tiegħu fuq tTwitter u qal li l-legat tiegħu se jibqa’ fost dawk li għenhom matul ħajtu.
Il-Ministru għas-Saħħa Pavithra Wanniarachchi kienet qablet mal-idea tal-ilma, iżda wara li laqqtet il-virus u għamlet ġimgagħtejn fit-Taqsima tal-Kura Intensiva hija spiċċat tneħħiet mill-kariga.
White kiseb il-fama wara li fl-2010 fejjaq cricketer Indian li sofra injury fi rkopptu u kien qal li ħass li kellu poteri speċjali sa minn meta kellu 12-il sena.