Sunday, May 19, 2024

ARA: L-Airshow tattira bosta spettaturi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

YouTube video

Filmat: Gianluca Cardona

Wara ħafna stennija, b’mod speċjali għad-dilettanti tal-avjazzjoni, illum ttellgħet il-Malta International Airshow li se tkun qiegħda tkompli b’ġurnata ta’ attività għada il-Ħadd 26 ta’ Settembru.

Ritratt Malta International Airshow

Tul il-kosta ta’ San Pawl il-Baħar saru bosta titjiriet filwaqt li f’park 4 tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ġew esebiti numru ta’ ajruplani f’wirja statika.

Ritratt Luana Cini

Numru ta’ pajjiżi barranin laqgħu l-istedina biex jiġu f’pajjiżna u fost dawk li attendew illum kien hemm numru ta’ persuni li kellhom l-opportunità li jistaqsu xi mistoqijiet lill-bdoti ta’ dawn l-ajruplani esebiti.

Ritratt Kim Clews

Intant il-wirja mill-ajru ġibdet l-attenzjoni ta’ għadd ta’ persuni li jew kienu qegħdin jirrilassaw fi stabbilimenti fil-viċinanzi jew oħrajn li saħansitra qagħdu fuq id-dgħajjes tagħhom biex josservaw il-wirja waqt li kienu fil-baħar.

Ritratt Kim Clews

Wara li l-pandemija ħalliet lil dawn id-dilettanti neqsin minn din il-wirja, ma setax jonqos li din is-sena l-attendenza tkun waħda numeruża. Għalhekk sa minn dalgħodu l-organizzaturi preżenti taw ordni li dawk li attendew jidħlu fi gruppi speċifiċi fost miżuri oħra ta’ prevenzjoni kontra t-tixrid tal-pandemija.

Ritratt Luana Cini

Sport