Saturday, May 4, 2024

Imut wara li rrifjuta l-vaċċin biex jegħleb il-pandemija bl-“ilma mbierek”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ir-raġel li rrifjuta li jieħu t-tilqima kontra l-Covid-19 wara li ddikjara li hu seta’ jtemm il-pandemija bl-“ilma mbierek”, miet wara li ġie infettat bil-virus.

Eliyantha White ta’ 48 sena offra li s-Sri Lanka tiġġieled lill-virus tal-Covid-19 billi jħalltu l-ilma tax-xmajjar b’ilma speċjali.

Minkejja dan huwa kellu jiddaħħal fi sptar f’Colombo wara li ħassu ma jiflaħx aktar kmieni dan ix-xahar.

Il-Prim Ministru Mahinda Rajapaksa sellem il-memorja tiegħu fuq tTwitter u qal li l-legat tiegħu se jibqa’ fost dawk li għenhom matul ħajtu.

Il-Ministru għas-Saħħa Pavithra Wanniarachchi kienet qablet mal-idea tal-ilma, iżda wara li laqqtet il-virus u għamlet ġimgagħtejn fit-Taqsima tal-Kura Intensiva hija spiċċat tneħħiet mill-kariga.

White kiseb il-fama wara li fl-2010 fejjaq cricketer Indian li sofra injury fi rkopptu u kien qal li ħass li kellu poteri speċjali sa minn meta kellu 12-il sena.

Sport