Raġel tilef ħajtu wara li għall-ħabta tad-9:00 a.m kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fil-limiti tal-Ħandaq, Ħal Qormi.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Ġorġjan ta’ 52 sena residenti San Pawl il-Baħar, weġġa’ wara li waqa’ madwar tliet sulari waqt li kien qed jaħdem.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Sfortunatament, huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.