Friday, November 15, 2024

Imut wieħed mix-xufiera ta’ Malta Public Transport

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu, il-kumpanija Malta Public Transport ħabbret il-mewt ta’ Marvin Belmonte Briones permezz tal-paġna Tallinja. Marvin kien ilu kważi erba’ snin impjegat ma’ Malta Public Transport bħala xufier. 

Huwa tilef ħajtu iktar kmieni llum.

Il-kollegi tiegħu temmew il-messaġġ tagħhom billi għaddew il-kondoljanzi lill-ħbieb u l-qraba ta’ Marvin li bħalissa ċertament illi jinsabu għaddejjin minn żmien diffiċli. 

Ekonomija

Sport