Wednesday, February 4, 2026

Imutu 14-il immigrant wara ħabta ma’ dgħajsa tal-Gwardja tal-Kosta Griega

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 14-il immigrant tilfu ħajjithom wara li l-ispeedboat li kienu fuqha ħabtet ma’ dgħajsa tal-Gwardja tal-Kosta Griega. L-inċident seħħ ’il barra mill-kosta tal-gżira ta’ Chios tard it-Tlieta filgħaxija. 

L-awtoritajiet Griegi qalu li l-ispeedboat kienet qiegħda tagħmel manuvri perikolużi u li fil-ħin li seħħ l-inċident – fl-Istrett ta’ Chios – kienu qegħdin isegwuha.

Erbgħa u għoxrin persuna ġew salvati, uħud minnhom bi ġrieħi serji, filwaqt li numru ieħor allegatament għadhom neqsin.

Ix-xandar statali Grieg ERT qal li fost il-midruba kien hemm sebat itfal, mara tqila u żewġ uffiċjali tal-Gwardja tal-Kosta. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport