Mill-inqas 27 persuna spiċċaw mejtin hekk kif id-dgħajsa li kienu fuqha għerqet ‘il barra mill-kosta tat-Tuneżija. Jirriżulta li dawn il-persuni kienu flimkien ma’ 10 oħrajn fuq dgħajsa żgħira li telqu mit-Tuneżija bit-tama li jaslu l-Italja bħala immigranti.
Kelliem għal Gvern Tuneżin qal li l-gwardji tal-kosta rnexxilhom isalvaw 17-il persuna filwaqt li oħrajn għerqu u ħafna minnhom għadhom lanqas instabu.
Mill-bidu ta’ Marzu ta’ din is-sena aktar minn 100 persuna mietu jew jinsabu neqsin hekk kif kienu qegħdin jipprovaw jaħarbu mit-Tuneżija lejn l-Italja li tinsab 150 kilometru ‘l bogħod.
Fl-aħħar xhur l-Italja rat żieda qawwija ta’ immigranti li kienu qegħdin jaslu mit-Tuneżija u dan b’differenza mis-snin oħrajn li ħafna kienu qegħdin jitilu mil-Libja.
Skont il-gwardji tal-kosta Tuneżina mill-bidu tas-sena sal-lum ġie interċettati aktar minn 14,000 immigrant li kienu qegħdin jipprovaw jaħarbu mill-pajjiż biex imorru f’pajjiż li jista’ joffrilhom futur.