Sunday, December 22, 2024

Imutu ħames persuni oħra waqt li kienu pożittivi bil-virus

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 8,970.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 342 każ ġdid filwaqt li 548 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. 

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 102, bi tmienja minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet huwa ta’ 514 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietu erba’ nisa  li kellhom 70,77, 82 u 92 sena rispettivament u raġel li kellu 77 sena waqt li kienu pożittivi bil-virus.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,179,961 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 313,961 li huma dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport