Sunday, December 22, 2024

Imutu ħamest irġiel waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa feġġew 227 każ ġdid ta’ Covid-19 u fiequ 353 oħra mill-virus. Dan ifisser li l-każijiet attivi issa niżlu għal 2,823.

It-total ta’ mwiet telgħu għal 556 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietu ħamest irġiel ta’ 78, 79, 80, 83 u 86 sena rispettivament waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19

Fl-Isptar Mater Dei bħalissa hemm 94 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Coronavirus, b’ħamsa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sat-Tlieta filgħaxija, kienu ngħataw 1,215,228 tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 331,824 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport