Sunday, December 22, 2024

Imutu madwar 20 persuna f’inċident tat-traffiku bejn xarabank u vann fl-Afrika t’Isfel

Aqra wkoll

Madwar 20 persuna mietu filwaqt li 68 oħra sofrew xi ġrieħi wara li kienu involuti f’ħabta frontali bejn xarabank u vann li seħħet għall-ħabta tas-7:00 p.m. tal-bieraħ fl-Afrika t’Isfel.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn xarabank tat-turisti u vann tas-sigurtà li kien qed iġorr flus kontanti fiż-żona ta’ Makhado f’Limpopo. Mal-impatt, ix-xarabank tgerbet minn fuq il-bridge għal ġox-xmara ta’ taħt fejn illandjat fuq in-naħa x-xellugija.

Fuq il-post issejħu numru ta’ pumpiera, u ambulanzi flimkien ma’ tim mediku sabiex jassistu fl-inċident. Sfortunatament, 20 persuna ġew iċċertifikati mejta fil-post: 16-il katavru nstabu fix-xmara, filwaqt li kien hemm tliet persuni li nstabu mejta fit-triq u persuna oħra li ġiet iċċertifikata mejta l-Isptar wara li sofriet għadd ta’ ġrieħi. Il-maġġorparti tan-nies li nstabu mejta fix-xmara kienu maqbuda taħt ix-xarabank.

S’issa għadu mhux magħruf x’kienet il-kawża tal-inċident. Min-naħa tagħhom, it-tim mediku tal-ambulanzi qalu li fl-istess żona ftit tal-ħin qabel ma seħħ l-inċident għamlet xita qawwija.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tal-lokal b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport