Saturday, December 14, 2024

Imutu minn tal-inqas tliet persuni f’attakk tal-massa f’Philadelphia

Aqra wkoll

Tard it-Tnejn filgħaxija seħħ attakk fil-belt ta’ Philadelphia, fejn mietu minn tal-inqas tliet persuni. Dan ġie ikkonfermat mill-pulizija Amerikana, li qalet li minbarra dawk li inqatlu, indarbu wkoll tifel ta’ sentejn u ġuvni ta’ 13-il sena.
Jidher li l-vittmi kienu kollha irġiel u huwa mifhum li l-allegat aggressur huwa raġel u li ġie wkoll arrestat mill-Pulizija.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kummissarju tal-Pulizija ta’ Philadelphia Danielle Outlaw qalet li meta l-uffiċjali wieġbu, huma identifikaw u sabu xi vittmi fuq il-post. Il-Kummissarju żiedet tgħid li hekk kif il-pulizija marru ħdejn il-vittmu sabiex jittieħdu l-isptar, bdew jisimgħu aktar tiri.

Tlieta mill-irġiel maqtula kellhom bejn l-20 u d-59 sena, filwaqt li s-Sinjura Outlaw qalet li r-raba’ persuna seta’ kellu bejn 16 u 21 sena. Iż-żewġt itfal midruba bħalissa jinsabu f’kundizzjoni stabbli. Hija qalet ukoll li kieku ma tteħditx azzjoni mill-ewwel, kien ikun hemm aktar vittmi jew persuni midruba f’dan l-attakk.

Ekonomija

Sport