Sunday, December 22, 2024

Imutu sitt persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19

Aqra wkoll

Il-każi attivi ta’ Covid-19 komplew jonqsu biex issa niżlu għal 1,775 wara li matul il-jum tal-Ġimgħa l-każi ta’ fejqan komplew jiżbqu l-każi ġodda.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li nstabu 107 każi ġodda ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 198 persuna li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 61 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus, b’erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqisma tal-Kura Intensiva.

It-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 585 wara li bejn l-Ġimgħa u s-Sibt mietu żewġ nisa ta’ 86 u 89 sena u erbat irġiel; tnejn ta’ 66 sena, ieħor ta’ 80 sena u ieħor ta’ 96 sena waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Sal-Ġimgħa filgħaxija kienu ngħataw 1,228,924 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 337,392 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport