Tuesday, May 14, 2024

Se jkunu ppremjati tfal li jimxu fuq il-passi ta’ Victor Calvagna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Imniedi l-premju ‘The Victor Calvagna CHILD VOLUNTEER OF THE YEAR AWARD’

Aktar kmieni dalgħodu fil-klabb tal-futbol ta’ Fgura United, il-Kummissarrju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji Jesmond Saliba nieda l-premju annwali ‘The Victor Calvagna CHILD VOLUNTEER OF THE YEAR AWARD’.

Jesmond Saliba rrimarka kif il-kirurgu u ko-fundatur ta’ Puttinu Cares Victor Calvagna, kien ta’ “ispirazzjoni għal min jaħdem qatigħ fil-volontarjat.” Saliba kompla jgħid li l-ħisieb wara din l- inizjattiva huwa li l-ispirtu tal-mibki Victor Calvagna, mhux biss jibqa’ f’kull tifel u tifla li kkura, iżda dan il-legat jagħtina s-saħħitna biex nibgħqu niċċelebraw il-ħajja tiegħu fi Premju Annwali Nazzjonali. Dan il-premju mniedi se jkun qiegħed jirrikonoxxi tifel jew tifla ta’ bejn is-sitt snin u t- 12-il sena għall-ħidma tagħhom fil-volontarjat. Huwa spjega li hawn ‘il fuq minn 960 għaqda volontarja li b’xi mod huma involuti f’ħidma diretta mat-tfal jew għat-tfal.

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Permanenti Matthew Vella qal li Victor Calvagna ta ħolma li issa se tkun qiegħda tkompli tiġi żviluppata. Huwa qal li dan kollu huwa frott li nbeda minn żerriegħa ta’ kollaborazzjoni u djalogu li tkattru. Spjega li minn sitwazzjoni difficli se tkun qiegħda tiżviluppa xi ħaġa sabiħa bit-tfal ikunu fiċ-ċentru tal-ħidma volontarja li jara l-aspett edukattiv jitwaħħad mal-aspetti volontarju. 

Tkellmet ukoll Martina Fenech li qalet li hi setgħet titkellem f’din l-okkażjoni bis-saħħa tal-istess Victor Calvagna.  “Victor Calvagna ħalla mpatt kbir. Calvagna ma kienx biss konsulent imma kien tan-nies, xi ħaga li rawwem fit-tfal li magħhom huwa ħadem qatigħ”, kompliet Fenech. Hija żiedet tgħid li dan ir-rikonoxximent se jgħin biex inrawmu aktar valuri sodi fit-tfal tagħna u minnhom se jkunu ispirati l-ġenituri biex jinkludu lil uliedhom fis-settur tal-volontarjat.

Sport