Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 150 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 537 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 4,395.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 783 wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa mietu tliet persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-virus.