Thursday, November 21, 2024

Imutu żewġt irġiel waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19

Aqra wkoll

Il-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna issa huma 1,007 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa feġġew 83 każ ġdid u kien hemm 28 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. 

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li bħalissa hemm 13-il pazjent li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19, bi tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

It-total ta’ mwiet issa huwa 466 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa miet raġel ta’ 63 sena u ieħor ta’ 76 sena waqt li kienu pożittivi bil-virus.

Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 939,732 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 104,989 kienu dożi tal-booster.

Sport