Wednesday, April 24, 2024

Uffiċjali tal-MMF b’taħriġ fl-Italja

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Tliet uffiċjali tal-Malta Motorsport Federation, Adrian Figallo, Ruben Hili u Andrea Rizzo, vvjaġġaw lejn Adria Raceway għall-WSK Karting Open Finals bejn it-18 u l-21 ta’ Novembru parti mit-taħriġ kontinwu tagħhom.

It-tliet uffiċjala, Figallo bħala Steward, Hili bħala Direttur tat-Tlielaq u Rizzo bħala Skrutinju, kellhom tlett ijiem ta’ taħriġ intensiv li kien jikkonsisti f’osservazjoni tal-operat tad-Direttur tat-Tlielaq, Alessandro Ferrari, Chairman ta’ Stewards Oronzo di Bari u Mario Pacella, Direttur Tekniku. L-uffiċjala Maltin ġew mgħallma l-proċeduri kollha relattivi għall-operat u t-tmexxija ta’ avvenimenti tal-karting minn uffiċjali ta’ esperjenza li jmexxu avveniment bħall-WSK Karting Open Finals.

L-avveniment kellu 280 kompetitur fi klassijiet varji u aktar minn 60 tiġrija fi 3 ijiem.

Adrian Figallo, Steward u Kap tal-Uffiċjala fil-Malta Motorsport Federation qal, “Tul dawn it-tlett ijiem, Hili, Rizzo u jien kellna espożizzjoni estensiva għall-mod professjonali kif tmexxi avveniment tal-karting ta’ dan il-kobor. Dan l-għarfien ser jkun ta’ benefiċċju kbir għall-kampjonat lokali tal-karting u avvenimenti oħra li se nkunu qed inmexxu fil-futur. Nirringrazzjaw lil Malta Motorsport Federation, Alessandro Ferrari, Oronzo di Bari u Mario Pacella ta’ din l-opportunità.”

Sport