Friday, October 18, 2024

Imutu żewġt irġiel waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 25 każ ġdid u rkupraw 45 persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa niżlu għal 696.

Rigward dawk rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm 22 persuna rikoverati u li erba’ minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-kura intensiva.

Il-vittmi tal-Covid-19 żdiedu għal 452 wara li fl-aħħar sigħat miet raġel ta’ 67 sena u raġel ta’ 74 sena waqt li kienu pożittivi bil-virus.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 808,968 doża tal-vaċċin li minnhom 4,001 huma booster dose.

Sport