Tuesday, May 14, 2024

Imwettqa spezzjonijiet fi ħwienet fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Għadd ta’ uffiċjali tal-Pulizija ilbieraħ filgħaxija wettqu kontrolli f’diversi ħwienet fil-Ħamrun.

F’kitba fuq Facebook, il-Korp tal-Pulizija qal li l-ispezzjonijiet saru biex jiġu ċċekkjati l-permessi tal-ħwienet. Mhux biss li jkollhom permess, imma anki li qed jinżammu l-ħinijiet tal-ftuħ u tal-għeluq skont il-permess maħruġ.

L-ispezzjonijiet saru f’ħidma konġunta m’uffiċjali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-MTA.

Sport