Monday, April 29, 2024

Jonqsu r-restrizzjonijiet tal-Covid f’Beijing minkejja żieda fil-każi

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Iċ-Ċina rrilaxxat ftit mir-restrizzjonijiet tagħha dwar il-Covid anke hekk kif in-numru ta’ każijiet żdiedu għall-ogħla livelli tagħhom f’xhur. 

Il-kwarantina għal kuntatti mill-qrib se tonqos minn sebat ijiem f’faċilità tal-istat għal ħamest ijiem u tlitt ijiem fid-dar. L-uffiċjali se jieqfu wkoll jirreġistraw kuntatti sekondarji – jiġifieri ħafna nies se jevitaw li jkollhom jagħmlu perjodu ta’ kwarantina. 

Dan ir-rilaxxar tal-miżuri qed iseħħ ġimgħa wara li Xi Jinping ingħata t-tielet mandat biex imexxi lil dan il-pajjiż. Xi kellu l-ewwel laqgħa tiegħu dwar il-Covid mal-Kumitat Permanenti tiegħu li għadu kif twaqqaf il-Ħamis. 

Il-politika ta’ żero-Covid taċ-Ċina salvat il-ħajjiet ta’ 1.4 biljun ruħ fil-pajjiż iżda wkoll tat daqqa lill-ekonomija u l-ħajja tan-nies. Fl-istess waqt, qiegħda tiżdied l-għeja pubblika minħabba l-lockdowns u r-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar. 

Dawn il-bidliet tħabbru matul il-jum tal-Ġimgħa. Il-bliet ta’ Beijing, Guangzhou u Zhengzhou bħalissa qed jesperjenzaw numru rekord ta’ każi.

Il-Ħamis li għadda, iċ-Ċina rreġistrat akar minn 10,500 każ ġdid ta’ Covid-19, l-ogħla numru ta’ każi kuljum minn April meta ċ-Ċina għalqet l-akbar belt tagħha, Shanghai.

Sport