Saturday, December 21, 2024

Imwiet bil-Covid-19… Lulju kien l-aħjar xahar, Ottubru u Novembru kienu l-agħar xahrejn

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-Parlament il-Ministru għas-Saħħa ta’ informazzjoni dwar kemm mietu persuni bil-Covid-19 xahar b’xahar. Irriżulta li l-aħjar xahar kien Lulju fejn ma miet ħadd, waqt li l-agħar xahrejn kienu Ottubru u Novembru segwiti minn Diċembru.

Jirriżulta li f’Marzu mietu 6 pazjenti li ddaħħlu fl-ITU u kienu fuq ventilator. F’April mietu erba’ pazjenti li kienu ddaħħlu fl-ITU u kellhom bżonn ventilator waqt li Mejju u Ġunju kien hemm każ f’kull xahar. F’Lulju ma kien hemm ebda każ, waqt li f’Awwissu mietu ħames persuni li kellhom bżonn ventilator u ddaħlu l-ITU. Dawn żdiedu għal 12 f’Settembru, 26 f’Ottubru, 24 f’Novembru u 20 f’Diċembru.  

Imbagħad ingħatat statistika oħra ta’ kemm mietu fl-ITU mhux fuq ventilator, fejn minn Marzu sa Lulju ma kien hemm ħadd, waqt li kien hemm tlieta f’Awwissu, sitta f’Settembru, 11 f’Ottubru, 11 f’Novembru u disgħa f’Diċembru.

Ekonomija

Sport