Thursday, April 18, 2024

“Tista’ tgħidilna għaliex l-istrajk kien illeġittimu?” … Ma tingħata ebda tweġiba mill-Ministru tal-Edukazzjoni

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kwistjoni marbuta mal-istrajk li għamlu l-għalliema ftit jiem ilu qam fil-Parlament. Id-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli staqsa għaliex il-Ministru Justyne Caruana sostniet li l-istrajk tal-edukaturi kien wieħed illeġittimu. 

Il-Ministru min-naħa tagħha rreferiet lid-Deputat Nazzjonalista Puli għat-tweġiba bin-numru 18139. Din il-mistoqsija imma ma titkellimx fuq jekk l-istrajk huwiex illeġittimu. Dik ir-risposta kienet tgħid hekk: “il-parir pubbliku f’dan ir-rigward mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika kien ċar biżżejjed, jiġifieri li l-iskejjel għandhom jinfetħu. Dan ukoll fuq il-bażi li l-miżuri li ttieħdu fil-bidu tas-sena skolastika ħadmu tajjeb ħafna. L-ogħla awtorità tas-saħħa f’pajjiżna saħansitra indikat li hi tal-fehma li l-ftuħ tal-iskejjel iwassal għal tnaqqis fil-każi pożittivi.”

Ekonomija

Sport