Monday, May 11, 2026

In-narrattiva Nazzjonalista hi kopja tan-narrattiva li uża l-Partit Laburista Ingliż

Il-kampanja elettorali taħt il-lenti....

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Anki n-narrattiva Nazzjonalista li ssegwi hi bbażata fuq l-istess narrattiva li kien uża l-Partit Laburista Ingliż. Is-similaritajiet bejn iż-żewġ kampanj jidhru fil-fatt li ż-żewġ kampanji isemmu ‘wasal iż-żmien għall-bidla’. Jiddeskrivu l-pajjiż bħala għajjien. Jenfasizzaw stabbilià permezz tal-bidla. Jintuża lingwaġġ ta’ kompetenza fosthom kliem bħal “serju,” “responsabbli,” “bini mill-ġdid”.

Mil-lat psikoloġiku ż-żewġ kampanji għandhom l-istess għan: dak li jattivaw u jenfasizzaw l-għejja u x-xewqa għal tiġdid. L-istess kampanja tipprova twarrab il-biża’ mill-bidla billi tippreżenta l-bżonn ta’ bidla bħala li se tkun sigura u mhux radikali u allura in-narrattiva li qed tgħid li se tibni fuq it-tajjeb li hemm. L-istess kampanja tal-Partit Nazzjonalista tipprova ukoll tnaqqas l-inċertezza, li dejjem hi marbuta ma’ bidla jew xi ħaġa ġdida.

Ovvjament bħal ma’ pprova jagħmel il-Partit Laburista Ingliż, il-Partit Nazzjonalista qiegħed jenfasizza li hu inbidel. Li hu magħqud. Li saru l-bidliet neċessarji. Il-mistoqsija li tqum hi kemm sezzjonijiet ta’ l-elettorat qegħdin jemmnu dan. L-istess qiegħed jagħmel bl-enfasi fuq stabbilità ekonomika u kompetenza ekonomika. Anki hawn id-domanda hi kemm sezzjonijiet tal-elettorat – mhux il-hard core, huma konvinti minn dan u dan l-aktar għax huma jħossu l-effetti pożittivi ta’ l-ekonomija ta’ llum, għalkemmm din toħloq ukoll l-isfidi tagħha.

Il-Partit Laburista kien enfasizza l-bidliet fis-servizz pubbliku u l-qasam tas-saħħa u anki hawn rajna kif l-istess Partit Nazzjonalista ħareġ bil-proposta li jibni għadd ta’ sptarijiet, għalkemm la qal fejn u lanqas b’min se jħaddimhom.

L-istess bħall-Partit Laburista Ingliż, fi ħdan il-Partit Nazzjonalista qegħdin naraw narrattiva marbuta mas-sigurtà u l-fruntieri. Qegħdin jitkellmu u joħolqu preokupazzjoni fuq żieda fil-popolazzjoni. Qegħdin jitkellmu u jużaw ċertu ton negattiv fuq is-sigurtà, fejn qisu tieħu l-impressjoni li hemm xi postijiet li m’humiex siguri jew hemm riskju.

Anki l-frażijiet li intużaw fin-narrattiva Laburista Ingliża qegħdin narawh jiġu użat hawn. Fost dawn ‘Bidla’. “Naqilbu l-paġna”. ‘Kapitlu ġdid’. ‘Il-pajjiż jisħoqqlu aħjar.”

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport