Thursday, December 26, 2024

In-NASA tgħid li 98% tal-awrina tal-astronawti jista’ jiġi riċiklat f’ilma tajjeb għax-xorb

Aqra wkoll

L-idea li l-awrina jista’ jkun forma ta’ riċiklaġġ u li għandu l-possibilita’ li jsir ilma tax-xorb ftit li xejn smajniha. Minkejja dan in-Nasa ħabbret li l-astronawti abbord fl-istazzjon spazjali internazzjonali jistgħu jirkupraw 98% tal-ilma li l-ekwipaġġi jieħdu fl-ispazju magħhom billi jirriċiklaw kollox mill-awrina sal-għaraq.

Bħalissa n-Nasa qegħda tipprepara sabiex tagħmel missjonijiet twal inkluż lejn il-qamar u potenzjalment lil hinn. Dan kollu jfisser li huwa għalhekk li ħarġu bl-idea li l-awrina tista’ tinbidel f’ilma tax-xorb. Bosta huma dawk l-inġiniera li ilhom jaħdmu fuq kif jistgħu jiżguraw li l-astronawti jkollhom il-bżonnijiet bażiċi sodisfatti .

In-Nasa qalet ukoll li dan se jgħin ukoll biex jiġi żgurat li kull membru tal-ekwipaġġ ikollu medja ta’ gallun ilma li wieħed jeħtieġ jixrob ta’ kuljum, sabiex jiġi użat fil-preparazzjoni tal-ikel u għal skopijiet iġjeniċi, inkluż biex l-astronawt jaħsel snienhu.

Ekonomija

Sport