Monday, May 20, 2024

Sala ġdida ddedikata għall-isport tat-table tennis miftuħa fil-Mosta

Aqra wkoll

Fil-Mosta għadha kemm infetħet sala ddedikata għall-isport tat-table tennis.

Grazzi lil ALPHA Table Tennis Klabb (Alpha TTK), din hija l-unika sala ta’ dan it-tip f’Malta fejn insibu imwejjed tat-table tennis dejjem armati għall-logħob. L-apparat kollu inklużi l-imwejjed, l-art u d-dwal huma ta’ livell skond dawk stabbiliti internazzjonalment mill-ITTF.

Is-sala hija miftuħa il-ġurnata kollha u tista’ tintuża għat-taħriġ, kompetizzjonijiet, kampijiet tat-taħriġ, avvenimenti soċjali fi gruppi u anke bħala post fejn jiltaqgħu l-ħbieb sabiex jipprattikaw it-table tennis. Żur https://alphattk.org sabiex taċċessa is-servizzi kollha offruti f’dan iċ-ċentru.

Sport