Saturday, September 14, 2024

In-NATO se tkun qiegħda tiftaħ bażi tal-ajru ġewwa l-Albanija

Aqra wkoll

Bażi tal-ajru ta’ żmien l-era Sovjetika ġewwa l-Albanija se tkun qiegħda tiġi konvertita b’bażi ta’ operazzjoni tan-NATO. Dan ifisser li n-NATO issa se jkollha bażi fil-Punent tal-Balkani, liema bażi mis­tennija li tinfetaħ is-sena li ġejja. 

Fil-preżent in-nefqa militari fl-Ewropa żdiedet b’mod sostanzjali – speċjalment fil-Ġermanja – u anke fil-Balkani.  Ix-xogħol fil-bażi tal-ajru ta’  Kuçovë beda f’Jannar li għadda u meta titlesta din se jkollha l-kapaċità li tilqa’ numru ta’ ajruplani militari moderni. 

In-NATO u l-Albanija se jkunu qegħdin jinvestu s-somma ta’ €50 miljun għar-rinovar ta’ din il-bażi li tinsab 85 kilometru fin-Nofsinhar tal-kapitali Tirana. 

Oriġinarjament din il-bażi kienet inbniet fis-snin 50 meta l-Albanija kienet taħt it-tmexxija ta’ Enver Hoxha, li għalkemm kien komunist kien jirreżisti lill-Unjoni Sovjetika. 

Ekonomija

Sport