Thursday, May 16, 2024

In-Nepal jirreġistra l-ewwel żwieġ bejn koppja tal-istess sess

Aqra wkoll

In-Nepal, pajjiż li jinsab fin-nofsinhar tal-Asja, kiteb l-pistorja meta irreġistra l-ewwel żwieġ bejn koppja tal-istess sess. Dan il-fatt fisser rebħa kbira għall-attivitsti kollha fi ħdan il-komunitá tal-LGBTIQ+ fil-pajjiż.

L-awtoritajiet fid-distrett tal-punent ta’ Lumjung irreġistraw iż-żwieġ bejn Maya Gurung ta’ 35 sena u Surendra Pandey ta’ 27 sena li seħħ nhar il-Erbgħa. Dan seħħ ħames xhur wara li l-Qorti Suprema ħarġet ordni li tippermetti lill-koppji tal-istess sess jirreġistraw iż-żwiġijiet tagħhom.It-Tajwan huwa l-uniku post ieħor fl-Asja li llegalizza ż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess.

F’kumment li tat lill-midja internazzjonali, Maya Gurung qalet li dan il-jum kien wieħed speċjali għalihom, iżda mhux biss għalihom, imma anke għall-koppja tal-istess sess.

Żiedet tgħid; “Il-ġlieda għad-drittijiet tagħna bħala koppja ma kienet faċli xejn. Minkejja dan, din se tkun aktar faċli għall-ġenerazzjonijiet futuri”. Il-koppja kienet qalet li riedet tiftaħ kont bankarju konġunt u s-sehem tal-art li xtraw. L-akbar ħolma tagħhom hija li jadottaw xi tifel jew tifla, ġaladarba l-finanzi tagħhom ikunu aktar stabbli.

Il-koppja kienu ilhom għarajjes għal madwar għaxar snin. Minħabba li l-liġijiet tal-pajjiż kienu stretti fil-pajjiż, fis-sena tal-2017 l-koppja żżewġu f’tempju. Ġara li maż-żmien dawn l-affarijiet ma baqgħux bħala taboo u għalhekk Maya nnifisha kienet għamlet talba sabiex ikun hemm rikonoxximent legali.

Fit-13 ta’ Lulju ta’ din is-sena, il-Qorti distrettwali fil-kapitali tan-Nepal Kathmandu, irrifjutat li tirreġistra ż-żwieġ tagħhom. Dan minkejja li l-Qorti Suprema kienet ordnat sabiex il-Gvern jirreġistra ż-żwieġ, sakemm il-Qorti tipprepara leġiżlazzjoni bil-għan li tinbidel il-liġi.

Sport