Friday, November 22, 2024

“In-nies qed ikollhom jgħumu fil-pools minħabba Robert Abela”

- Bernard Grech waqt intervista li ta fuq ir-radio tal-PN

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u mexxej tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li n-nies jinsabu mdejqin minħabba li qed ikollhom jgħumu fil-pools għax il-bajjiet qegħdin ikunu ppakjati bin-nies.

Waqt li kien qiegħed jiġi intervistat fuq ir-radio tal-Partit Nazzjonalista, Grech qal li dalgħodu rċieva messaġġ mingħand persuna fejn qaltlu li kienet iddejqet f’dan il-pajjiż minħabba li dalgħodu marru Fra Ben u ma sabux parkeġġ għax kien hemm wisq nies fuq il-bajja.

Hu kompla jgħid li imbgħad l-istess mara li kienet fil-karozza mar-raġel tagħha saqu lejn il-Ġnejna u kien hemm il-bajja ppakkjata bin-nies ukoll… Grech qal li l-messaġġ jispiċċa billi jgħid “ejja ħa morru fil-pool”.

Il-Kap Nazzjonalista qal li l-bajjiet fis-Sajf qed ikunu ppakjati bin-nies tort tal-Prim Ministru Robert Abela li kompla jkabbar il-popolazzjoni.

Sostna li l-poplu jinsab fgat bid-dawl dejjem jinqata, b’ħafna karozza fit-toroq u issa anke fis-Sajf il-bajjiet qed ikunu ppakjati.

Meta ġie biex jitkellem dwar dak li sar fil-Parlament il-ġimgħa li għaddiet Grech sostna li ma jistax jifhem kif il-Prim Ministru Abela baqa’ jwebbes rasu u ma jrid inkjesta pubblika dwar il-każ Sofia.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li kulħadd qed jifhem il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista u s-soċjetà kollha se tibqa’ tagħmel pressjoni biex issir inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Sofia.

Sport