Friday, November 15, 2024

In-nirien f’Kalifornja jkomplu jintensifikaw … mietu żewġ persuni

Aqra wkoll

Fit-Tramuntana ta’ Kalifornja kompliet għaddejja l-ħidma intensiva biex jiġu kkontrollati n-nirien kbar li wasslu biex żewġ persuni tilfu ħajjithom u eluf kellhom iħallu djarhom. Iż-żewġ persuni li tilfu ħajjithom instabu mejta fil-karozza fid-driveway tad-dar tagħhom u jidher li dawn ma rnexxilhomx jaħabru hekk kif ir-residenza tagħhom ħadet in-nar. 

In-nirien imlaqqma bħala McKinney qerdu iktar minn 55,000 ettaru ta’ art, u b’hekk dawn huma l-ikbar nirien li laqtu lil Kalifornja din is-sena. Fid-dawl ta’ dan, il-Gvernatur Gavin Newsom iddikjara stat ta’ emerġenza u b’hekk se jkunu jistgħu jiġu aċċessati fondi statali biex jiġu miġġielda dawn in-nirien. Jikkumbattu din is-sitwazzjoni hemm madwar 650 pumpier, iżda s’issa dawn ftit li xejn kellhom suċċess hekk kif in-nixfa u r-riħ qegħdin jikkumplikaw il-ħidma tagħhom.

Kawża ta’ hekk, madwar 2,000 resident li joqogħdu madwar Klamath National Forest ġew mitluba biex jevakwaw djarhom. 

Ekonomija

Sport