Sunday, December 22, 2024

In-nirien fl-Istati Uniti: “Nistennew imwiet tal-massa”

Aqra wkoll

Ħaddiema tat-tifi tan-nar qed jissieltu biex jikkontrollaw in-nirien li ħakmu lil partijiet mill-kosta tal-Punent fl-Istati Uniti hekk kif in-nurmu tal-vittmi f’Kalifornja, Oregon u Washington tela’ għal mill-inqas 30 persuna.

L-awtoritajiet qalu li kienu qed jistennew li n-numru ta’ mwiet se jkun qed ikompli jiżdied konsiderevolment hekk kif se jkomplu bl-operazzjoni ta’ tiftix għal għexieren ta’ persuni.

Il-Gvernatur tal-istat ta’ Oregon, Kate Brown, ikkonfermat li uffiċjali statali tal-emerġenza kienu qed jantiċipaw li n-nirien qawwijin se jkunu qed isarrfu “f’avveniment ta’ fatalità tal-massa”.

F’Kalifornja n-nirien qerdu żona ta’ madwar 13,000 kilometru kwadru minn Jannar li għadda, żona li hija 26 darba akbar minn dik li nqerdet min-nirien is-sena li għaddiet.

In-nirien qerdu wkoll aktar minn 4,000 kilometru kwadru f’Oregon u aktar minn 2,400 kilometru kwadru f’Washington.

Mill-inqas 40,000 persuna kienu mġegħlin jaħarbu mid-djar tagħhom f’Oregon, b’eluf oħrajn jaħarbu f’Kalifornja.

Ekonomija

Sport